…u lanqas dwar proġetti li saru fl-2014
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma tax fil-Parlament informazzjoni dwar il-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għal din is-sena u kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-vot.
Minkejja li l-Baġit għal din is-sena, li jinkludi l-vot allokat għall-Ministeru għal Għawdex, tressaq xahrejn ilu f’Novembru tas-sena l-oħra, il-Ministru Anton Refalo ma weġibx għal mistoqsijiet li dwar kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015; kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-vot; liema toroq huma ppjanati li jsiru b’dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat isir fuq kull waħda minn dawn it-toroq u kemm kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol.
Għal dawn il-mistoqsijiet tax-Shadow Minister dwar Għawdex Chris Said, il-Ministru għal Għawdex, wieġeb malajr u fi ftit jiem il-mistoqsija parlamentari b’kuntrast ma’ mistoqsijiet oħrajn li jdum il-ġimgħat u xhur biex iwieġeb, biex qal li din l-informazzjoni qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Ministru għal Għawdex lanqas ma wieġeb fil-Parlament mistoqsija dwar proġetti li saru f’Għawdex matul is-sena 2014 mill-Ministeru għal Għawdex u li ġew iffinanzjati mill-vot tal-istess Ministeru u mhux minn fondi oħra nkluż tal-Unjoni Ewropeja.
Il-mistoqsija saret ukoll mix-Shadow Minister Chris Said, li talab lill-Ministru Anton Refalo jagħti wkoll lista’ ta’ dawn il-proġetti u kemm sewa kull proġett.
Għal din il-mistoqsija, il-Ministru Anton Refalo wieġeb bl-istess mod, “li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u li tingħata f’xi seduta oħra”.
//= $special ?>