Fir-Renju Unit tħabbret il-mewt ta’ Sir Leon Brittan f’eta ta’ 75 sena.
Brittan, politiku Konservattiv, miet wara battalja twila mal-marda tal-kanċer. Hu kien elett fil-Parlament l-ewwel darba fl-1974 u serva bħala Ministru tal-Intern fil-Gvern ta’ Margaret Thatcher bejn l-1983 u l-1985.
Brittan dan l-aħħar reġa’ kien fl-aħbarijiet minħabba allegazzjoni li ħeba rapporti dwar pedofili fid-dinja politika Ingliża meta kien fil-Kabinett.
//= $special ?>