Lokali Qorti

Mixli b’serq ta’ ġojjelli minn żewġ residenzi fil-Mosta

Mark Zahra, ta’ 43 sena mill-Fgura, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Anthony Vella li fl-14 ta’ Settembru tal-2013, filgħaxija, wettaq żewġ serqiet ta’ ġojjelli u flus minn żewġ residenzi fil-Mosta.

L-akkużat wieġeb mhux ħati iżda baqa’ miżmum taħt arrest preventiv.

Il-valur tal-oġġetti misruqa miż-żewġt idjar fi Triq l-Indipendenza, fil-Mosta, ġie stmat li jaqbeż l-€2,333. Huwa ġie mixli wkoll li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqin u li sar reċidiv.

Zahra tressaq mill-Ispettur Carlos Cordina.