“L-Assoċjazzjoni tal-Futbol għandha tkun hi li tiddeċiedi jekk f’każ bħalma ġara, il-partita għandiex tintlagħab mill-ġdid jew le.”
Qal dan il-President ta’ Nadur Youngsters Karistu Camilleri f’kummenti esklussivi lil Replay, wara li lbieraħ, fil-logħba mill-FA Trophy bejn Nadur Youngsters u Hibernians, ir-referee ta t-tieni karta safra lill-plejer ta’ Hibernians Bjorn Kristensen. Madankollu dan ma ngħatax karta ħamra u kompla jilgħab.
Camilleri qal li hu ċert li kieku jitlob li tintlagħab mill-ġdid, il-klabb jingħata raġun għaliex dan kien żball tekniku tar-referee. Madankollu kompla li l-unika fattur li lilu personali qed iżżommu lura milli jappella hi l-fair play.
Madankollu saħaq li l-Kumitat għadu ma ħax deċiżjoni jekk jitlobx li l-partita terġa’ tintlagħab mill-ġdid jew le u se jkun il-Kumitat, flimkien mad-diriġenti tal-klabb u l-plejers li jiddeċiedu x’pass imiss.
F’każi bħal dawn, Nadur Youngsters għandhom sa 48 siegħa biex jieħdu deċiżjoni.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
