Lokali

NEWSDESK: Jiddiskuti l-prezzijiet tad-diesel u l-petrol

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-prezzijiet tad-diesel u l-petrol. Il-mistiedna se jkunu l-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Energija Marthese Portelli, l-eks ċermen tal-AD Michael Briguglio u rappreżentant tal-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (GRTU).

Minkejja li l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin bl-ogħla prezzijiet tad-diesel u l-petrol fl-Ewropa, il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ jipprova jaħrab mir-realtà.

L-Oppożizzjoni qed tagħmilha ċara li mhux se taċċetta li l-Gvern jibqa’ jżomm il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’livelli li huma l-ogħla fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u għalhekk l-Oppożizzjoni se tkompli tinsisti li l-Gvern għandu jraħħas id-diesel u l-petrol immedjatament.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.