Kurżitajiet Xjenza u Teknoloġija

RITRATTI: Inqabad ‘mostru’ tal-baħar

Mal-ewwel daqqa’ t’għajn wieħed jista’ jaħseb li dak li jidher fir-ritratt hu xi tip ta’ mostru tal-baħar li ntuża f’xi film. Imma fil-fatt din hi kreatura li verament teżisti, tip ta’ kelb il-baħar – dak li bl-Ingliż hu magħruf bħala l-frilled shark (Chlamydoselachus anguineus) u l-ispeċi tagħha tmur lura għal 80 miljun sena.

Din il-ħuta, li tidher f’ritratti maħruġa mill-South East Trawl Fishing Industry Association, inqabdet minn David Guillot waqt li kien qed jistad f’fond ta’ kilometru f’Lakes Entrance, f’Victoria, fl-Awstralja.

Il-ħuta tgħix fl-Oċean Atlantiku u Paċifiku fil-fond ħafna ta’ madwar 1,000 metru u hi twila madwar żewġ metri. Fil-ħalq hemm 300 sinna qieshom labar.