Lokali

Ritratti: Metodu ġenjali kif tiżbogħ il-linji tal-parking

Ħaddiem f’San Ġiljan ħaddem rasu u sab mod ġenjali kif jiżbogħ il-linji ta’ kaxxa ta’ parkeġġ.

Sensiela ta’ ritratti li waslu lil Maltarightnow, u li qed intellgħu ma’ din l-istorja, juru kif dan il-ħaddiem fil-post fejn kien qed jipprepara biex jiżbogħ il-kaxxa pparkjatlu karozza.

Imma dan xejn ma ħabbel rasu u ma ħalliex li l-karozza ttellilfu l-ħidma tiegħu. Filfatt hukompla jiżbogħ il-linji bojod madwarha.

Filfatt, kif jidher fir-ritratt, meta sidt il-karozza waslet fil-post sabet il-barmil taż-żebgħa u l-għodda tal-ħaddiem li kienu għadhom maġenb il-karozza. Madankollu hi ma sofriet l-ebda ħsara.