Sorpriża mill-FA Trophy hekk kif il-klabb tat-Tieni Diviżjoni Sirens F.C. għeleb lil-leaders attwali tal-Ewwel Diviżjoni Gudja United bl-iskor kbir ta’ 6-0.
B’hekk Sirens mhux biss kisbu rebħa storika għall-klabb imma wkoll saru l-uniku team mhux mill-Kampjonat Premier li kkwalifikaw għall-kwarti tal-finali f’din l-edizzjoni.
Kien Daniel Cremona li wara 16-il minuta fetaħ l-iskor. Sirens komplew jippressaw u żiedu l-iskor fid-29 minuta permezz ta’ Ryan Sciberras. Kien imiss imbagħad lil Lee Joe Schembri li l-ewwel fil-35 minuta, imbagħad fil-51 minuta, għaqqad id-doppjetta personali.
Fis-70 minuta kien imiss lil Ryan Sciberras li għaqqad id-doppjetta personali u skurja l-gowl tal-5-0 qabel finalment kien CLifford Obinwanne li għalaq il-logħba fis-87 minuta.
Għal din il-partita Gudja United ħarġu bi skwadra nieqsa minn diversi elementi importanti fosthom numru ta’ akkwisti ġodda akkwistati fis-sessjoni tat-trasferimenti li għaddejja bħalissa.
//= $special ?>

