Futbol Sport

Wieħed mill-aqwa talenti fl-Arġentina bi prova ma’ Hibernians

Kmieni llum wara nofs in-nhar se jkun qed jasal f’pajjżina il-winger Arġentin ta’ 18-il sena Gianluca Goudelias. Dan il-plejer se jkun qed jingħata prova mill-leaders tal-Kampjonat Premier, Hibernians wara li l-bieraħ il-ġurnalist Taljan Gianluca Di Marzio rraporta l-possibilta’ ta’ dan it-trasferiment.

Goudelias hu wieħed mill-ikbar talenti tal-mument fl-Arġentina u rapporti li dehru f’diversi siti internazzjonali, partikolarment dawk fl-Italja, jgħidu li Goudelias kien diġa’ offrut lil diversi klabbs Taljani fis-Serie A fosthom Napoli.

Goudelias hu deskritt bħala plejer veloċi, b’teknika kbira u tajjeb fid-dribbling. Fl-Arġentina diġa’ kien hemm interess kbir minn Boca Juniors waqt li l-aġent tiegħu kien ukoll f’diskussjonijiet ma’ Werder Bremen tal-Ġermanja u ċ-champions Spanjoli ta’ Atletico Madrid. Bla dubju dan hu talent interessanti li ħafna għandhom kurżita’ jarawh jilgħab f’pajjiżna.