Lokali Parlament

26 Liċenzja tal-Parole minn 193 applikazzjoni

Fis-sentejn li għaddew minn Marzu tal-2013 sal-lum, ingħataw 26 Liċenzja tal-Parole minn 193 applikazzjoni li saret.

Jirriżulta li minn Marzu 2013 kien hemm 93 applikazzjoni għal-Licenzja tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi filwaqt li f’2014 kien hemm 100 applikazzjoni.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal fil-Parlament bi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, li mill-193 applikazzjonijiet, ingħataw 26 Liċenzja tal-Parole – tlieta f’2013 u 23 f’2014.

Il-Liċenzja tal-Parole tingħata bħala parti mir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni tar-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.