Lokali Parlament

27 persuna fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri

27 persuna ġew irreġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri taħt l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri. Persuna waħda ġiet reġistrata darbtejn peress li ġiet misjuba ħatja b’żewġ sentenzi biex sal-lum hemm 28 reġistrazzjoni.

In-numru ta’ persuni fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri ngħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.