Pembroke Athleta akkwistaw lill-attakkant ta’ 26 sena Abubakar Bello-Osagie, li fil-passat f’pajjiżna lagħab ma’ numru ta’ klabbs fil-Kampjonat Premier, jiġifieri Qormi, Valletta, Sliema Wanderers u riċentament anke’ f’Għawdex ma’ Victoria Hotspurs.
Qabel ġie Malta, Bello-Osagie lagħab ukoll ma’ klabbs ewlenin fosthom River Plate, Internacional, Vasco da Gama u Caxias.
B’dan it-trasferiment Pembroke sabu sostitut għall-attakkant Senegaliż Demba Tourè li ħalla lill-klabb biex ingħaqad ma’ Naxxar Lions.
Pembroke b’hekk jittamaw li fl-aħħar sabu l-plejer li kien jonqosom, l-attakkant tal-kaxxa li kellu jkun Demba Toure madankollu dan skurja biss gowl f’dan l-istaġun.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

