2.10pm: Wara madwar siegħa, l-impjegati reġgħu ddaħlu lura għal xogħolhom. Dan wara li ġie assigurat li ma kien hemm l-ebda splussiv jew xi periklu ieħor fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Minn informazzjoni li kiseb MaltaRightNow.com jirriżulta li t-telefonata saret lejn ir-Reception tal-Ispiżerija fi ħdan iċ-Ċentru tas-Saħħa.
Aktar kmieni …
12.50pm: Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana spiċċa fil-mira ta’ theddida ta’ bomba. Mill-ewwel informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li għall-ħabta tan-12.30pm, ir-Receptionist taċ-Ċentru tas-Saħħa rċieva telefonata anonima li hemm bomba fil-binja.
Il-post ġie evakwat immedjatament, filwaqt li sar kuntatt mal-Pulizija li waslu fil-post f’qasir żmien. Fil-post issejħu wkoll membri mill-Explosive Ordnance Disposal (EOD), li bdew tfittxija fil-post.
Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …
//= $special ?>