Internazzjonali

Aktar allegazzjoni li n-NASA ‘ħbiet il-preżenza tal-UFOs’

Qed ikomplu l-allegazzjonijiet li n-NASA qed tgħid li l-aġenzija tal-ispazju Amerikana qed taqta’ l-‘live stream’ mill-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali kulmeta jidher xi UFO fil-viċinanzi tiegħu.

Dan ix-xahar kien hemm żewġ okkażjonijiet fejn ‘osservaturi tal-aljeni’ qalu li raw l-oġġetti misterjużi fuq is-screens tagħhom, b’dawn l-oġġetti, imbagħad, jgħibu għal kollox.

Raġel li jismu Toby Lundh, li jqis ruħu bħala ‘UFO watcher’, qal li lemaħ oġġett misterjuż barra l-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali, mumenti qabel seħħet ‘interruzzjoni’ għal-live-stream li damet għal 15 il-sekonda. Lundh informa lil ‘Disclose TV’ li dejjem qed ifeġġu l-UFOs f’dik iz-zona tal-ispazju u li n-NASA taqta’ dejjem il-kollegament kull darba li xi oġġett jersaq qrib iż-żejjed.

Dan l-osservatur qed jgħid li rnexxielu jieħu ritratt tal-oġġett mhux identifikat mil-‘live feed’ u li l-oġġett jixbaħ is-simbolu tas-Starfleet, is-servizz tad-difiża (fittiżju) tas-sensiela famuża ‘Star Trek’. Intant, Lundh sostna li n-NASA neħħiet ir-rekording tal-oġġett mill-arkivji bħala parti mill-isforzi tagħha ‘biex taħbi l-allegata komunikazzjoni bejn l-astronawti u l-UFOs’.