Futbol Sport

Dylan Zarb jingħaqad ma’ Qrendi F.C.

Il-klabb tat-Tielet Diviżjoni Qrendi F.C. laħaq ftehim għall-akkwist tal-midfielder ta’ 26 sena Dylan Zarb.

Zarb, li beda dan l-istaġun ma’ Lija Athletic, fil-passat lagħab ukoll għal Valletta, Floriana, Mqabba, St. George’s u Żejtun Corinthians.

Dylan hu iben l-eks attakkant ta’ Valletta u Ħamrun Spartan Joe Zarb, magħruf bħala ‘Il-Brimba’, li lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).