Lokali

Ħatra għal eks-ġurnalista oħra tas-Super One

L-istrateġija tal-Ministru responsabbli mis-Sahha Konrad Mizzi li jitpoggew nies li jappoġġajwh f’postijiet importanti fl-isptar Mater Dei kompliet dan l-aħħar bil-ħatra ta’ eks reporter tas-Super One li tpoġġiet f’kariga importanti f’dan l-isptar.

Wara li r-reporters kważi kollha tal-One tpoġġew f’postijiet f’Ministeri u entitajiet governattivi, fl-aħħar ġranet l-eks reporter tal-istazzjoni laburista Krista Caruana tpoggiet fil-kariga ta’ Head Customer Experience tal-Isptar Mater Dei.

Jirrriżulta li din hi kariga ġdida u fil-ħidma tagħha l-eks reporter ta’ One TV se tkun qed tahdem minn ufficju fl-ewwel sular fuq l-intrata ewlenija tal-Isptar Mater Dei. Mhux stabbilit fuq liema kriterji din l-eks reporter ta’ One TV tpoġġiet f’din il-kariga fl-Isptar Mater Dei.