Futbol Sport

Ikenna Hillary jiffirma ma’ Valletta

Matul il-ġurnata ntlaħaq ftehim u ġie ffirmat il-kuntratt tad-difensur Niġerjan Ikenna Hillary ma’ Valletta. Issa għad fadal biss l-aħħar dettalji biex it-trasferiment isir uffiċjali u jiddaħħlu l-karti għand l-MFA.

Hillary saħansitra lagħab żewġ logħbiet man-nazzjonal ta’ pajjiżu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tal-2014. F’din l-edizzjoni n-Niġerja kisbet it-tielet post.

It-tim ta’ Replay u Maltarightnow ilhom li żvelaw il-possibilta’ ta’ dan it-trasferiment sa minn nhar it-Tnejn 12 ta’ Jannar li għadda (ara hawn).

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).