Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, it-23 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON bid-dettalji tal-kumpilazzjoni li għaddejja bħalissa fil-Qorti dwar l-inċident traġiku tat-traffiku li seħħ fl-Ewwel tas-Sena. Ritratt juri l-wasla ta’ grupp ta’ immigranti irregolari li ddaħħlu Malta lbieraħ filgħodu.

THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta li testijiet tal-Ebola li saru fuq dawn l-immigranti irriżultaw fin-negattiv. Issegwi wkoll il-każ marbut ma’ George Farrugia u x-xiri taż-żejt fejn tgħid illi Godwin Sant – li allegatament irċieva ‘rigali’ mingħand Trafigura – kien magħżul mill-Ministru Konrad Mizzi personalment għall-kariga ta’ CEO tal-Unit għall-Enerġija Sostenibbli u l-Konservazzjoni tal-Ilma.

L-ORIZZONT ukoll jirrapporta bi prominenza l-wasla tal-immigranti f’Malta, filwaqt li THE TIMES OF MALTA ittina ritratt li juri l-ħidma delikata li kienet għaddejja f’Xatt it-Tiben sabiex jiġi żgurat li ħadd mill-immigranti ma kien infettat bil-virus tal-Ebola.