Futbol Sport

Ishmael Grech jiffirma ma’ Tarxien Rainbows

Id-difensur ta’ 23 sena Ishmael Grech issieħeb ma’ Tarxien Rainbows, bil-firma tiegħu tasal l-Erbgħa filgħaxija.

Dan it-trasferiment kien żvelat waqt Replay Ikompli fuq Radio 101 nhar it-Tnejn li għadda. Kien propju l-kowċ ta’ Tarxien Rainbows Clive Mizzi li f’intervent telefoniku waqt l-istess programm ikkonferma li nteressat jakkwista s-servizzi taż-żagħżguħ ta’ Mosta.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).