Futbol Sport

Jiffirmaw tliet barranin ma’ Valletta F.C.

Tasal il-firma ta’ tliet barranin ġodda għal Valletta; l-attakkant Djamel Leefland u l-midfielder Ikenna Hillary, li kienu żvelati minn Replay u dan is-sit fl-aħħar jiem, kif ukoll il-midfielder offensiv Vladimir Savicevic.

Ikenna Paul Hillary għandu 23 sena u kien fuq il-kotba ta’ A.D. Camacha tal-Portugall. Hu lagħab 11-il partita man-Niġerja. Iktar dawr Ikenna hawn.

Djamel Leeflang għandu 22 sena u lagħab l-aħħar ma’ Deltras F.C. fl-infoneżja fejn skurja 11-il gowl f’14-il partita. Wara li skadielu l-kuntratt hu beda jittrenja ma’ VV Haaglandia fl-Olanda biex iżomm ruħu fit. Iktar dwar Leeflang hawn.

Minn naħa l-oħra Vladimir Savicevic, iben l-eks plejer ta’ Milan Dejan Savicevic, għandu 25 sena u jingħaqad ma’ Valletta sa tmiem l-istaġun. Iktar dwar Savicevic hawn.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).