Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni titlob lill-Awditur Ġenerali jħejji rapport dwar hedging agreements għax-xiri taż-żejt mill-Gvern preżenti

Fuq talba tal-Oppożizzjoni, il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nkariga lill-Awditur Ġenerali biex fl-iqsar żmien possibbli u fi żmien raġjonevoli, iħejji rapport dwar il-hedging agreements dwar ix-xiri taż-żejt li saru mill-2013 sal-lum, dwar liema strateġija ntużat u jekk dan ħalliex profitt jew telf.

Din it-talba tressqet mill-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni u Shadow Minister Beppe Fenech Adami fi tmiem laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi llejla, fl-eżerċizzju ta’ analiżi li qiegħed jagħmel il-Kumitat tar-rapport tal-Awditur Ġenerali b’rabta mal-allegazzjonijet li saru dwar irregolaritajiet fix-xiri taż-żejt bejn l-2008 u l-2011.

Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi qabel mat-talba lill-Awditur Ġenerali, li min-naħa tiegħu se jkun qed jippreżenta t-terms of reference wara li jisma’ fid-dettal it-talba li saret tal-Kumitat.