Il-mexxej prinċipali tar-ribelli favur l-unjoni mar-Russja fil-Lvant tal-Ukrajna qal li t-truppi tiegħu jinsabu fuq l-offensiva u hu ma jridx taħditiet ta’ paċi ma’ Kiev.
Alexander Zakharchenko qal li l-forzi tiegħu se jimbottaw iz-zona tal-gwerra lura lejn il-fruntieri tar-reġjun ta’ Donetsk.
Aktar qabel, Zakharchenko qal li s-separatisti “m’humiex se jagħmlu xi attentat ieħor għal taħditiet ta’ paċi”.
L-Ukrajna, ir-Russja, Franza u l-Ġermanja appellaw għat-tmiem tal-ġlied.
Nhar il-Ħamis, truppi leali lejn il-gvern Ukren irtiraw mill-ajruport ta’ Donetsk, li kien iċ-ċentru ta’ ġlied qalil fl-aħħar ġimgħat.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada u NET NEWS illejla
//= $special ?>

