Mara ta’ 52 sena mill-Ħamrun weġġgħet wara li ntlaqtet minn tank li waqa’ minn fuq bejt fil-Ħamrun stess. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq il-Kappillan Mifsud meta jidher li r-riħ ħakem it-tank tal-ilma minfuq bejt ta’ binja. Kawża ta’ dan, it-tank waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari.
Fl-istess waqt, il-mara kienet miexja minn Triq Ċensu Bugeja u kif daret għal Triq il-Kappillan Mifsud, fi triqtha lejn il-Knisja tal-Kunċizzjoni, intlaqtet mit-tank. It-tank tal-ilma laqat ukoll karozza tat-tip Seat li kienet ipparkjata.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna lill-mara qabel ma ttieħdet l-Isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhijiex magħrufa.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>