Tħabbret il-mewt tar-Re Abdullah bin Abdulaziz tal-Arabja Sawdija f’eta ta’ 91 sena. Issa minfloku se jiret it-tron il-Prinċep Salman Abdul Aziz al Saud li għandu 79 sena.
Għall-aħħar snin ta’ ħajtu, Abdullah bin Abdulaziz kien marid ħafna u dieħel u ħiereġ l-isptar.
Hu kien wiret it-tron fit-3 ta’ Awwissu tal-2005 wara l-mewt tar-Re Fahd imma kien beda jmexxi għaxar snin qabel wara li Fahd kien dikjarat marid wisq biex imexxi.
//= $special ?>