Iż-żagħżugħ mill-Kolumbja Michael Camilo Precht, li ngħata sentenza sospiża mill-Qorti Maltija wara li ppoża ta’ tabib biex invista tliet mudelli Maltin fl-Isptar Mater Dei, għandu kontrih sensiela ta’ akkużi minn tfajliet minn madwar id-dinja.
Fuq Facebook, numru ta’ tfajliet allegaw li Precht kien qed jirriklama appartamenti għall-kiri għal prezz ta’ €7,000 f’Copenhagen, id-Danimarka. Żewġ tfajliet li kkuntattjawh ġew infurmati li r-residenti ġodda tal-appartament kellhom ikunu tobba tal-isptar fiż-żona u li riedu wkoll clearance medika minn tabib.
Meta ppreżentawlu ċertifikat mediku, it-tfajliet allegaw li Precht qalilhom li dan ma kienx biżżejjed imma ried wkoll filmat tal-viżta’ medika biex jaċċerta ruħu. Meta rrifjutaw, iż-żagħżugħ ibblokkjahhom minn Facebook.
Kien hawn li t-tfajliet ġihom suspett u meta fittxew fuq l-internet sabu numru ta’ artikli minn madwar id-dinja b’akkużi simili dwaru.
Michael Camilo Precht tkeċċa min-Norveġja fuq akkużi sesswali fuq tfajliet żgħar, uħud minnhom li kellhom biss 14-il sena. Minn hemm hu mar l-Iżvezja fejn anki hemm bdew l-akkużi kontrih..
Dan minbarra allegazzjonijiet li kien qed jirriklama mhux biss kiri ta’ appartmenti imma xogħol lil tfajliet li qabel ukoll riedu jgħaddu minn eżami mediku, kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ sky diving bl-istess skop.
//= $special ?>