Futbol Sport

Proġett ġdid għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa

Il-Ħamis ingħata bidu għal proġett ġdid għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa hekk kif Mark Gatt, li kien l-assistent kowċ ta’ Pierre Brincat, issa nħatar bħala l-kowċ nazzjonali.

Mark Gatt iffirma kuntratt ta’ sentejn u issa jmexxi l-iskwadra nazzjonali fil-Euro.

Frank Schembri

Gatt se jkun assistit minn Frank Schembri, li se jkun ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt is-16 u 19-il sena.

Pierre Brincat

Sadattant Pierre Brincat ġie appuntat Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).