Lokali

Ritratt: Tieqaf karozza tal-linja minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni

In-nuqqas ta’ manutenzjoni fuq il-karozzi tal-linja qed twassal biex fl-aħħar jiem ġew irrapurtati ħsarat li setgħu ġew evitati.

L-iktar każ riċenti li wasal għand Maltarightnow hu dak ta’ karozza tal-linja li mielet fuq ġenb wara li ċediet is-sistema’ tas-suspension tagħha. Dan waqt li kienet wieqfa f’bus stop ftit wara li qabżet il-mina ta’ Hompesch f’Ħaż-Żabbar.

Dan il-każ seħħ il-Ġimgħa wara nofsinhar, bil-passiġġieri jitniżżlu mill-karozza tal-linja u kellhom jistennew oħra.