Qorti

Sentenza sospiża għal Rabti li seraq id-deheb mid-dar t’oħtu

Raġel ta’ 32 sena mir-Rabat mar 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li seraq deheb mid-dar t’oħtu. Dennis Galea, li huwa bennej, ammetta li seraq b’€1,500 f’deheb mid-dar t’oħtu bil-Maġistrat Audrey Demicoli tordnalu biex iħallasha lura fi żmien sitt xhur.

Galea tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati mill-Ispettur Sarah Magri u għalih deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Simon Micallef Stafrace.