Żvediż ta’ 19-il sena, residenti l-Imsida, ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin wara li ammetta li ħebb għal żewġ barranin oħra.
Lindberg Dante Alexander ammetta li fil-25 ta’ Settembru 2014, għall-ħabta tal-4.00am f’San Ġiljan, ikkaġuna ġrieħi gravi fuq Thomasz Okon u Julio Albert Barquilla Izquierdo.
Dwar dan il-każ infetħu proċeduri kriminali fil-konfront ta’ persuna oħra li wkoll qed tiġi mixlija bl-istess akkuża madankollu l-każ tagħha qed jinstema b’mod separat.
Il-kawża kienet deċiża mill-Maġistrat Aaron Bugeja u l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.
//= $special ?>

