Hi bint wieħed mill-aktar dittaturi famużi fid-dinja, u mara li appoġġjat lill-ISIS fil-pubbliku.
Iżda dan ma jfissirx li Raghad Saddam Hussein m’għandhiex għajn għad-disinn, hekk kif hi qed tittama li turi bil-firxa ġdida ta’ ġojjellerija li hi ispirata minn missierha Saddam Hussein u minn żewġha li nqatel minn missierha stess.
Mibjugħa f’wieħed mill-aktar ħwienet tal-ġojjellerija prestiġjużi fil-Ġordan, minbarra ċ-ċrieket, il-brazzuletti u l-ġiżirani wieħed isib ukoll pendent li jiswa’ elf Lira Sterlina fl-għamla tal-Iraq.
Mhux ċar għaliex Raghad Saddam Hussein, li għandha 46 sena u hi magħrufa bħala “Saddam iż-Żgħira”, iddeċidiet li tidħol fin-negozju tal-ġojjellerija.
Hi kisbet il-fama bħala mara li hi mdorrija għal affarijiet fini fil-ħajja: l-istil tal-ħajja stravaganti waqt li qed tgħix fil-Ġordan, qajmet xi tħassib.
L-imħabba li għandha għal affarijiet tad-ditta hi leġġendarja: Raghad Saddam Hussein hi magħrufa li tħallas għal handbags ta’ Gucci u boots ta’ Sergio Rossi li jiswa’ 400 Lira Sterlina. Hi magħrufa wkoll li dejjem tħallas bid-Dollari Amerikani.
//= $special ?>