Futbol Sport

Brażiljana ssaħħaħ l-iskwadra tan-nisa ta’ Ħamrun Spartans

It-tim tan-nisa ta’ Ħamrun Spartans kompla jissaħħaħ bl-akkwist tal-midfielder Brażiljana ta’ 24 sena Cristiane Ortiz De Olivera.

Cristiane ġġib magħha esperjenza twila f’numru ta’ klabbs, kemm tal-futbol kif ukoll tal-futsal, fil-Brażil; Selection Futsal Sorocaba, São Caetano do Sul and Futsal Field, Jacarei Futsal and Field u Votorantim Futsal.

Cristiane hi l-mara tal-plejer ta’ Ħamrun Spartans Raphinha Ortiz De Oliveira.