Lokali

Filmat: Iktar ilmenti fuq il-mod kif qed jiġu ttrattati l-pazjenti fl-isptar Mater Dei

Jidher li kull ma jmur l-affarjiet fl-isptar Mater Dei qed ikomplu jmorru għall-agħar. Nies li tkellmu ma’ din is-sit esprimew id-diżapunt għal mod kif ġew ttratati f’dan l-isptar.

Mara li kellha r-raġel l-isptar tgħidilna li minbarra l-mod kif qed jitpoġġew il-pazjenti fil-kuruturi, hi flimkien ma żewgha damu iktar minn erbgħa siegħat sabiex jingħata karti biex jinħareġ mill-isptar.

Mara oħra tgħid li riedet tinżel bit-taraġ fl-isptar ghaliex ma tistax tuża lift iżda ma tħallitx. Ir-raguni li ingħatat kienet għaliex qalulha li qed jiżbgħu l-hajt tat-taraġ iżda fil-verita’ ma tħallitx għaliex kif wieħed jinżel it-tarag isib kuridur mimli pazjenti