Lokali

Ġbir ta’ fondi b’risq il-missjoni

Bejn illum u għada qed tkompli tiġi trasmessa maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-missjoni.

Il-maratona qed tixxandar fuq numru ta’ stazzjonijiet Maltin matul tmiem din il-ġimgħa.

Fid-dinja hawn madwar 132 miljun tifla u tifel li huma abbandunati u b’hekk din il-maratona se tmur għal bżonnijiet dawk l-iktar fil-bżonn.

F’din il-maratona qed jieħdu sehem numru ta’ kantanti u personalitajiet popolari li qed jissieħbu flimkien għal din il-kawża ġusta.