VITTORIOSA S. …………………….. 0
ST. ANDREWS …………………….. 1
Vittoriosa S: K. Magri; M. Camilleri (F. Arriagarda Mella), K. Scicluna, M. Barbara (G. Sultana), G. Calabretta, F. Canavan, E. Henrique Guedes, M. Buttigieg, C. Sammut (G. Martin), C. Campagnoli, C. Spiteri
St. Andrews: J. Galea, L. Busuttil (J. Walker), L. Grech, B. Said, M. Johnson, D. Camilleri, J. Farrugia, K. Nwoko (M. Scicluna), M. Guillaumier (N. Bradshaw), T. Grozev, E. Lattes
Referee: Emmanuel Grech
Gowl skorjat fil-ħin miżjud minn Joseph Farrugia ta rebħa drammatika lil St Andrew’s, rebħa li tpoġġi lit-tim immexxi minn Billy Mock temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika. Ir-riżultat hu xi ftit kattiv ma’ Vittoriosa li minkejja li lagħbu għal ħinijiet twal bi plejer inqas, mhux talli ma qasmux il-logħob, iżda f’mumenti kienu l-Istars li kellhom il-kontroll tal-logħba f’idejhom.
L-ewwel taqsima kienet għal kollox monotona biż-żewġ naħat jaffrontaw lil xulxin f’nofs il-grawnd u kawża ta’ dan l-azzjonijiet kienu verament skarsi. Iżda l-bidu kien jindika mod ieħor għaliex wara biss minuta Lattes resaq qrib wara azzjoni mibdija minn Grozev u ftit wara risposta ta’ Vittoriosa b’xutt ta’ Mark Barbara jmur ftit barra.
Iżda kellhom jgħaddu sat-32 minuta biex kien hemm azzjoni oħra denja mibdija minn Calabretta li qassam lejn Barabara li kellu x-xutt tiegħu mblukkat. Żewġ minuti mill-intervall kien Kyrian Nwoko li kellu xutt imur ftit barra.
Żewġ minuti fit-tieni taqsima Felipe Canavan intwera t-tieni karta safra u kellu jirritona fid-dressing room. Minkejja din id-daqqa ta’ ħarta Vittoriosa resqu qrib bi freekick ta’ Arriagada Mella li kien salvat b’diffikultà minn Jake Galea, u mas-siegħa logħob xutt bomba ta’ Carl Sammut mar ftit għoli.
Il-logħba baqgħet ferm bilanċjata u minkejja l-plejer inqas Vittoriosa dehru resqin lejn il-kisba ta’ punt importanti.
Iżda fil-ħin miżjud kien baqa’ episodju importanti meta fil-91 minuta Calabretta resaq viċin li jagħti rebħa drammatika lil Vittoriosa, bix-xutt tiegħu imur ftit barra, u ftit wara, iżda fuq in-naħa l-oħra kien JOSEPH FARRUGIA li ħataf ballun qasir tad-difiża tat-tim ta’ Di Maggio u b’xutt sabiħ għeleb lil Magri għall-gowl rebbieħ.