Futbol Sport

Il-partiti tal-lum mill-Kampjonat Premier se jintlgħabu

Il-logħob mill-Kampjonat Premier tal-lum se jintlgħab kif previst. Din id-deċiżjoni kienet meħuda ftit tal-ħin ilu mill-MFA wara li uffiċjali u ħaddiema tal-assoċjazzjoni niżlu fil-ground sabiex jaraw il-kundizzjoni tal-pitch wara x-xita li għamlet fl-aħħar sigħat.

B’hekk il-partiti tal-lum Mosta kontra Floriana u B’Kara kontra Hibernians se jintlgħabu fis-2pm u fl-4pm kif kienu oriġinarjament fil-fixtures tal-MFA.

Aktar qabel

Hekk kif il-partitarji ta’ Hibernians u B’Kara qed jippreparaw għall-partita tant mistennija tal-lum wara nofs in-nhar fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’Qali, u li għandha tintlgħab fl-4pm, għadu mhux magħruf b’ċertezza jekk din il-partita m’hijix se tintlgħab jew le minħabba x-xita li għamlet fl-aħħar sigħat. Hu mifhum li f’inqas minn siegħa, l-MFA mistennija tieħu deċiżjoni finali dwar jekk għandix tintlgħab din il-partita tant mistennija u importanti għall-klassifika tal-Kampjonat Premier.

Lilhin minn din il-partita, illum fis-2pm fl-istess stadium għandha tintlgħab partita oħra interessanti bejn Mosta u Floriana, bl-uffiċjali, plejers u partitarji ta’ dawn it-timijiet qed jistennew bil-ħerqa risposta mill-MFA jekk il-partiti tal-lum humiex se jintlgħabu jew le.

Nifhmu li l-MFA se tkun qed tistenna sal-11am biex tieħu deċiżjoni finali wara li tkun analiżżat il-kundizzjoni li jinsab fiha l-pitch fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’Qali.