Il-Carabinieri fin-Nofsinar ta’ Campania — reġjun li jinkludi l-belt ta’ Napli — sekwestraw fabbrika li, allegatament, ipproduċiet il-ġobon mozzarella b’sistemi fejn ma ntużax il-ħalib.
Il-fabbrika tinsab fl-inħawi ta’ Serre, qrib Salerno u jingħad li fiha nstabu l-kwantitajiet kbar ta’ baqta mill-Ewropa tal-Lvant. Instabu wkoll prodotti tal-ġobon ta’ produtturi oħra u li rriżultaw mill-kummerċ bl-ingrossa fuq skala kbira – b’uħud minn dawn il-prodotti jkunu skaduti inkella fi stat ta’ tmermir avvanzat.
L-investigaturi Taljani qalu li l-prodotti ‘servew għall-produzzjoni ta’ mozzarella minn din il-fabbrika u fejn intużat anki l-kimika biex ittejjeb il-palat’.
Mifhum li f’din l-azzjoni tal-Carabinieri, inħatfu wkoll sa 700 kilogramma prodotti tal-ħalib u oġġetti tal-ikel li kienu għadhom fil-fażi tal-produzzjoni. Mhix magħrufa l-oriġini ta’ dan l-ikel, bil-Pulizija Taljana tiddeċiedi li tmexxi u tissorvelja r-raid fuq il-fabbrika fl-interessi tas-saħħa pubblika.
//= $special ?>

