L-ISIS poġġew filmat fuq l-Internet li fih jintqal li wieħed mill-ostaġġi Ġappuniżi f’idejn l-ISIS kien inqatel. Il-messaġġ jingħata minn Kenji Goto Jogo li jgħid li l-Ġappuniż l-ieħor li kien deher fil-filmat, Haruna Yukawa (dak li fil-filmat u ritratt fuq jidher fuq il-lemin), kien inqatel billi rasu nqatet barra.
Il-Gvern Ġappuniż qal li kien qed jipprova jivverifika kemm hu minnu dak li qal l-ISIS. Il-grupp militanti iżlamiku kien ta sas-sebħ ta’ nhar il-Ġimgħa biex jitħallas raħan ta’ 200 miljun dollaru nkella kienu se jinqatlu ż-żewġ Ġappuniżi
Fil-filmat ta’ tliet minuti juri lil Jogo juri ritratt ta’ Yukawa bla ras. Il-Gvern Ġappuniż qal li qed jipprova jivverifika kemm hu minnu l-filmat. Shinzo Abe, il-Prim Ministru Ġappuniż, qal li jekk dan hu minnu, il-Ġappun ma kienx se jaħfer lil dawk responsabbli.
//= $special ?>