Uffiċjali mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalu li nqalbet ix-xena fil-kriżi tal-Ebola, bil-każijiet qed jonqsu fit-tliet pajjiżi milquta.
Fl-aħħar ġimgħa ġew magħrufa biss tmien każijiet fil-Liberja, ‘il isfel minn 500 każ kull ġimgħa f’Settembru. Il-Guinea u Sierra Leone ukoll irrappurtaw tnaqqis fil-każijiet.
Madankollu, il-WHO qed tissokta tappella għall-kawtela, u biex tisħaq dwar il-ħtieġa li jinstabu dawk li kellhom kuntatt ma’ pazjenti bl-Ebola.
L-akbar virus tal-Ebola fl-istorja tal-bniedem infetta 21,724 persuna u qatel 8,641 – l-aktar fi tliet pajjiżi fil-Punent tal-Afrika – Sierra Leone, il-Liberja u l-Guinea.
Il-WHO qalet li ċifri dwar il-pazjenti fid-database tagħha jagħtu l-aħjar rappreżentazzjoni tal-istorja tal-epidemija.
Hemm issa xi jiem fil-Liberja fejn ma kien rappurtat ebda każ ta’ Ebola.
Christopher Dye, id-direttur dwar l-istrateġija fl-uffiċċju tad-direttur ġenerali fisser li l-inċidenza hi waħda ċara fejn in-numri ta’ każijiet qed jonqsu fil-pajjiżi milquta.
“Kont nidentifika l-bidla fil-kriżi bħala l-bidu tat-tnaqqis, l-ewwel fil-Liberja u wara fi Sierra Leone u fil-Guinea.”
Christopher Dye żied li hu inċert kemm ix-xejriet ‘il isfel se jissoktaw sakemm ikun hemm aktar riżultati pożittivi.
Jonqsu l-każijiet tal-Ebola
