Il-Viċi Sindku ta’ Ħ’ Attard Marco Spiteri u l-Kunsillier Ralph Cassar, ippublikaw ittra eletronika li nbagħtet lis-Segretarju Parlamentari għall-kompetittivita’ u t-tkabbir Ekonomiku, Jose Herrera, lill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’ Attard, lid-departiment tal-Gvern lokali u lil-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, mill-Kap Eżekuttiv tal-FKNK (Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti).
F’din l-ittra, l-FKNK qed titlob biex jittieħdu passi kontra Marco Spiteri u Ralph Cassar, ta’ kummenti li għamlu fuq il-paġna tal-Facebook ‘Attard Lokal Council’. L-FKNK qed tghid li Spiteri u Cassar aġixxew b’mod mhux etiku meta esprimew l-opinjoni tagħhom personali fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kunsill Lokali.
Sadanittant l-Alternattiva Demokratika ħarġet stqarrija li fiha tikkundanna l-aġir anti-demokratiku minn naħa tal-FKNK. L-AD tgħid li dan l-aġir minn naħa tal-FKNK, hi raġuni oħra għalfejn wieħed għandu jivvota LE fir-referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa.
//= $special ?>