Meta f’Ottubru li għadda Manwel Mallia, l-eks Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kien qed jinawgura pastażata ta’ Għassa tal-Pulizija fil-forma ta’ kontejner fil-qalba ta’ Wied il-Għajn, kien qed jagħmel dan bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż.
Dan għaliex l-eks Ministru Manwel Mallia kien jaf tajjeb li l-MEPA ma kienet tat l-ebda permess għal Għassa tal-Pulizija fil-forma ta’ kontejner fuq il-bankina wiesgħa li hemm fil-pjazza ta’ ħdejn l-inħawi tal-Magħluq.
Wara d-deċiżjoni tal-MEPA f’nofs din il-ġimgħa, l-Għassa tal-Pulizija fil-forma ta’ kontejner tneħħiet minn fejn kienet nhar il-Ħamis filgħodu u tgħabbiet fuq lowloader.
Jidher li dan il-kontejner issa tpoġġa fuq art pubblika oħra – din id-darba fi Ġnien Sant’Anna, taħt il-knisja tal-lokal, wara li din l-art kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn.
//= $special ?>