L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin wara li rċieva ilmenti minn ġurnalisti li ngħataw ċitazzjoni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom nhar il-Ħamis li għadda hekk kif kien qiegħed jiddaħħal grupp ta’ immigranti f’Xatt it-Tiben, għamel kuntatt minnufih mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Fi stqarrija mill-Istitut tal-Gurnalisti kien mgħarraf mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija li l-ġurnalisti inkwistjoni kienu mitluba biex isegwu l-proċedura ħalli jikkontestaw iċ-ċitazzjoni billi jibgħatu covering letter flimkien ma’ kopja taċ-ċitazzjoni indirizzati lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Ta min jinnota li kull karozza li tintuza minn membri tal-media, normalment ikollha permess għal parkeġġ kullimkien li jkun maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.
//= $special ?>