Fl-imgħoddi l-iżvog ta’ ħafna tfal kien ikun f’xi logħba fit-triq mat-tfal li jgħixu fl-istess inħawi, pereżempju jilgħabu noli, il-passju, ħarba jew ħafna logħob ieħor. It-tfal kienu saħansitra jibnu l-ġugarelli tagħhom huma stess.
Ħafna kienu jilgħabu wkoll b’oġġetti tal-knisja jew tal-vari. Aktar ma’ għadda ż-żmien u daħlu l-logħob elettroniċi u aktar ma żdiedu l-karozzi fit-toroq Maltin, illum il-ġurnata, li tara t-tfal jilgħabu fit-triq saret rari ħafna, speċjalment li tara t-tfal jilgħabu b’xi guġarelli li jkunu ħadmu huma stess.
Imma lbieraħ wara nofsinhar dawn iż-żewġt’itfal għaġġbu lil kull min kien għaddej mit-triq, meta b’sempliċiment siġġu tal-injam u salib u biċċa ħabel, għamlu dak li għalihom hija ‘vara’ tal-ġimgħa l-kbira, u hekk kif lestewha, qabduha u ħarġu jduru bihom fit-toroq ta’ Ħal-Qormi.
Bla dubju li ħafna kif jaraw dan ir-ritratt iħossuhom nostalġiċi u jiftakru f’dak li kienu jagħmlu dari.
//= $special ?>