It-tfajla Belġjana ta’ 19-il sena li lbieraħ marret fl-Għassa ta’ San Ġiljan tallega li ġiet stuprata, issa talbet lill-Pulizija biex iwaqqfu l-investigazzjonijiet.
Kollox beda meta s-Sibt, fit-tlieta ta’ wara nofsinhar, it-tfajla marret l-għassa tirraporta li allegatament sfat stuprata minn ġuvni, f’każ li skont hi seħħ fis-sebgħa tas-Sibt filgħodu fis-Swieqi.
It-tfajla ttieħdet mill-ewwel l-isptar Mater Dei filwaqt li l-Pulizija bdiet tfittex ġuvni b’rabta mal-allegat agressjoni.
Madankollu, ftit sigħat biss wara li ressqet ir-rapport, it-tfajla talbet lill-Pulizija biex ma jipproċedux. Infurmathom li minflok il-ġimgħa d-dieħla, kif kien ippjanat, issa se tħalli pajjiżna fil-ġurnata tal-Ħadd.
//= $special ?>