Kmieni dalgħodu ġiet imsejħa l-Pulizija fir-Riserva Naturali tal-Għadira wara li membri tal-Birdlife innutaw li żewġ flamingos ma’ kienux għadhom fir-Riserva. Il-każ seħħ fis-6.30 ta’ filgħodu.
fi stqarrija il-BIRDLIFE saħqet li minn tfittxjja li saret mill-gwardjani tar-riserva instabu bosta marki tas-saqajn u injama twila li setgħet intużat biex persuni kisbu aċċess għar-riserva, kif ukoll sinjali ta’ sgass. Dan wassal għal biża’ li dawn iż-żewġ għasafar setgħu insterqu minn persuni mhux magħrufa.
Dawn iż-żewġ flamingos kienu ġew salvati mal-wasla tagħhom f’Malta fil-bidu ta’ Settembru tas-sena li għaddiet, fejn wara li irċevew kura kienu baqgħu jgħixu fir-riserva naturali, fejn saru l-attrazzjoni prinċipali.
Fil-fatt, huwa rappurtat li dawn iż-żewġ għasafar kienu jqattgħu ħafna ħin fil-kumpanija ta’ xulxin.
Il-BIRDLIFE kkonkludiet li l-aħħar li deheru dawn il-flamingos kien tul il-ġurnata tal-Ġimgħa, fejn kienu qed ifittxu l-kemm minħabba l-maltemp.
//= $special ?>