Lokali

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona llum jagħlaq 69 sena

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona llum jagħlaq 69 sena.

L-Arċisqof Emeritu rriżenja minn Kap tal-Knisja f’Malta wara kważi tmien snin imexxi l-Knisja Maltija.

Sa mill-bidu tal-Episkopat tiegħu, Monsinjur Cremona ħadem biex ikun viċin in-nies, iżda t-tmexxija tiegħu kienet ikkaratterizzata minn numru ta’ sfidi. Fost dawn il-każi ta’ abbuż sesswali minn saċerdoti, l-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju u l-Liġi tal-Unjoni Ċivili.

Fuq nota aktar pożittiva, l-Episkopat ta’ Monsinjur Cremona ra wkoll il-ġurnata meta Dun Ġorġ Preca sar l-ewwel Qaddis Malti f’Ġunju 2007, kif ukoll iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta fl-2010.