Futbol Sport

Il-partiti tal-lum fil-Hibernians Stadium posposti għal nhar it-Tlieta li ġej

Iż-żewġ partiti li kellhom jintlgħabu llum fil-Hibernians Stadium validi mill-Kampjonat Premier, ġew posposti għal nhar it-Tlieta li ġej minħabba x-xita li kompliet tagħmel fil-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat. Għaldaqstant il-partiti Tarxien Rainbows vs. Qormi u Żebbuġ Rangers vs. Pieta’ Hotspurs mhux se jintlgħabu llum iżda se jintlgħabu nhar it-Tlieta li ġej fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun fis-6pm u t-8:15pm rispettivament. Jidher li x-xita li għamlet fl-aħħar jiem waslet biex kien hemm ammont kbir ta’ ilma fil-pitch.

Il-partiti l-oħra mill-Kampjonat Premier u d-diviżjonijiet l-oħra se jintlgħabu kif ipprogramat oriġinarjament.