Internazzjonali

Il-President tal-Istati Uniti jibda żjara fl-Indja

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama beda żjara ta’ tlett ijiem fl-Indja, fost sigurtà kbira. Eluf ta’ suldati u pulizija ntbagħtu f’Delhi u 15,000 kamera qed jgħassu l-passi tal-President Amerikan.

Il-Prim Ministru Narendra Modi saħaq dwar l-importanza taż-żjara billi naqas mill-protokol biex iltaqa’ mal-President Amerikan personalment fl-ajruport ta’ Delhi.

It-taħditiet taż-żewġ mexxejja se jiffokaw primarjament dwar il-kummerċ, iżda wkoll dwar is-sigurtà, il-qawwa nukleari kif ukoll il-bidla fil-klima.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada