Il-kok Maltija Nicole Pisani, li sa ftit jiem ilu kienet issajjar f’restaurant ewlieni u lussuż f’Soho, Londra, ħalliet ix-xogħol tagħha biex issajjar l-ikel lil madwar 500 student u studenta li għandhom baġit ta’ ftit iktar minn ewro.
Nicole kien ilha żmien twil taħdem f’dan ir-ristorant tispeċjalizza f’ikel ispirat minn platti mil-Lvant Nofsani u l-Ażja, madankollu ppreferiet li tibda taħdem fi skola primarja f’Londra.
F’kummenti lil The Guardian, Nicole Pisani, li għandha 34 sena, spjegat li riedet sfida ġdida f’xogħol iktar rilassanti minn dak li kellha, fejn kienet taħdem bejn 70 u 80 siegħa fil-ġimgħa.
Kienet tweet fuq Twitter li ispirat lil Pisani tbiddel ix-xogħol tagħha. Fl-intervista qalet li x-xewqa tagħha hi li żżomm ħafna mill-affarijiet fil-menu eżistenti imma ssajjarhom b’mod iktar attraenti għall-istudenti.
//= $special ?>