Hemm ansjetà kbira fl-Ewropa hekk kif il-partit Grieg tax-xellug Syriza mistenni jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li saret illum.
L-ewwel indikazzjonijiet jissuġġerixxu li l-partit radikali tax-xellug mistenni jkollu rebħa ċara. Żewġ exit polls juru li l-partit Syriza jinsab b’vantaġġ ta’ 12.5 fil-mija fuq il-partit Demokrazija Ġdida.
Is-Syriza, immexxi minn Alexis Tsipras, jista’ jikseb bejn 35.5 u 39.5 fil-mija tal-voti li tkun tfisser rebħa ċara fuq il-partit konservattiv Demokrazija Ġdida mmexxi mill-Prim Ministru attwali Antonis Samaras li jidher li se jġib bejn 23 u 27 fil-mija tal-voti.
Madanakollu għadu mhux ċar jekk il-partit Syriza hux se jkollu biżżejjed siġġijiet fil-Parlament biex jiggverna l-pajjiż waħdu minkejja li se jkollu maġġoranza qawwija.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>