Esperti forensici qed jiskavaw numru ta’ oqbra f’kappella f’Madrid bit-tama li jsibu l-fdalijiet tal-awtur, Miguel de Cervantes.
L-awtur ta’ Don Quixote indifen fil-Kunvent tat-Trinitarji Ħafja fil-Kwartieri Letterarji ta’ Madrid fl-1616, iżda l-post eżatt tal-qabar fi ħdan il-kappella għadu mhux magħruf.
Tim ta’ arkejologi u antropologi beda bl-iskavar fis-sit wara li identifika dawk li huma maħsuba tliet oqbra mhux dokumentati u identifikati fil-kripta tal-kappella.
Cervantes hu magħruf għan-novella tiegħu, pubblikata fl-1605, The Adventures of the Ingenious Nobleman Don Quixote of La Mancha, li bidlet il-letteratura Spanjola fis-seklu 17.
Martu, Catalina Salazar, ukoll indifnet fil-kunvent, għalkemm il-post fejn jinsab il-qabar tagħha wkoll jibqa’ misteru.
L-ewwel fażi tal-iskavar, li tiswa madwar €50,000, mistennija ddum ġimagħtejn.
Experts examine bones in Spain’s quest to find last resting place of Don Quixote author Miguel de Cervantes
//= $special ?>